|
1905-1955
Fl-1900, il-Maltin ftit jew wisq kienu ghadhom ighixu l-hajja
taghhom kwieta bhal dik ta’ missirijiethom. Inkwiet industrijali ma
kienx hawn u l-poplu fil-maggoranza tieghu kien ghadu bla skola u
ftit kien jisma’ bl-ahbarijiet jaharqu ta’ pajjizi ohra. Minhabba c-cokon
tal-gzira, mahkuma kif kienu mill-Inglizi, il-Maltin ftit setghu
jharsu u jaraw ’il boghod mix-xtut ta’ pajjizhom. Ghalihom ma kienx
hemm hlief li jissoktaw ighixu fil-kwiet it-twemmin nisrani li kien
jintiret mill-missier ghall-iben. Kemm fl-ibliet kif ukoll fl-irhula
ta’ Malta kont issib nies li qajla johorgu mill-post fejn twieldu u
ghalhekk bil-fors kellhom rabtiet qawwija ma’ pajjizhom.
Kull belt u rahal kellu l-qaddis patrun tieghu, u l-festa ta’ dan
il-qaddis, li tigi darba kull sena, kienet tigi mfakkra bil-kbir.
Propju minhabba f’hekk kienu bdew jinfethu kazini socjali fl-ibliet
u fl-irhula kollha ta’ Malta.
F’Hal Lija wkoll, rahal ckejken fic-centru ta’ Malta, inhass
il-bzonn ta’ dawn il-kazini u sa qabel l-1900 ga kienu nfethu xi
tlieta. L-ghan taghhom kien li jservu ta’ post fejn jiltaqghu l-irgiel
tar-rahal, u fl-istess hin iservu wkoll ta’ post fejn jinhadem l-armar
tat-toroq ghall-festa l-kbira tas-Salvatur.
Dak iz-zmien il-Kappillan ta’ Hal Lija kien Dun Mattew Cortis li
mieghu kellu joqghod lil huh Dun Xand Cortis. Dan ta’ l-ahhar kien
ihobb jikteb fuq il-hajja tan-nies ta’ zmienu. Fuq il-festa
tas-Salvatur kien kiteb li n-nies ta’ Hal Lija joholmu wisq kmieni
biha. “Minn xahar qabel, jew izjed tibda tisma’ l-isparar tal-maskli,
t-tifqigh tal-bombi, l-giri tat-tfal madwar iz-zuntier. Iz-zghazagh
aktarx tarahom mehdija fil-hin tas-serh, u sahansitra jishru
fil-ghaxija jhejju bandieri, trofej, piramidi, kuruni, stilel,
skrizzjonijiet u hwejjeg ohra bhal dawn.” Issa dan ix-xoghol kollu
kien isir fil-kazin tar-rahal.
Meta dan l-armar, kollu skultura tlesta u beda jintrama fil-granet
tal-festa, xi rgiel ohra minn Hal Lija dehrilhom li tajjeb
jitghallmu xi strument tal-kordi sabiex jghaddu z-zmien. U hekk
fl-1894 twaqqfet l-ghaqda Mandolinista li semmewha Fior d’Arancio li
tfisser Fjura tal-Laring. Wara, dawn il-mandolinisti kienu bdew
johorgu jdoqqu mat-toroq tar-rahal u jferrhu lil kullhadd bid-daqq
tal-kordi melodjuzi tal-kitarri u mandolini.
It-twelid tal-kazin tal-banda San Pio X
Minn dan wiehed jara li f’Hal Lija minn dejjem kien hawn nies li
jhobbu l-arti, b’mod specjali l-muzika li terfa’ l-hsieb li thenni
l-qalb. Ghalhekk xi nies minn Hal Lija dehrilhom li tkun haga xierqa
kieku kellha titwaqqaf xi ghaqda muzikali li mhux biss iddoqq
strumenti tal-kordi izda wkoll strumenti ohra. Dawn in-nies sabu min
jinkuraggihom u jtihom l-ghajnuna f’dik li hi organizzazzjoni. Fost
dawn insibu lil John Ellis u lil Luigi Engerer li ta’ spiss kienu
jkunu Hal Lija ghall-vaganzi taghhom.
Fl-ewwel ktieb tal-minuti tal-laqghat tal-kumitat insibu li fit-23
ta’ Mejju, 1905 twaqqaf l-ewwel kumitat maghmul minn dawn is-sinjuri
kollha jghammru f’Hal Lija: President – Is-Sur John Ellis,
Segretarju – Is-Sur Luigi Engerer, Tezorier – Is-Sur Cikku Xerri u
sitt Deputati. Il-membri godda tal-kazin ghogobhom jaghzlu bhala
direttur spiritwali lil Dun Baskal Grech.
Issa l-attività principali tal-membri kellha tkun il-muzika. Dawk li
qabel kienu jdoqqu xi kitarra jew mandolina riedu jitghallmu jdoqqu
strumenti ohra u ghalhekk il-kumitat mill-ewwel nieda konkors
nazzjonali sabiex jaghzlu surmast maghruf. Ghalhekk ghamlu sejha
fil-gurnali ghal surmast direttur tal-banda u ghaliha wiegbu dawn
is-surmastrijiet diretturi kollha gwappi fl-arti tad-direzzjoni.
Dawn kienu Maestri Gregorio Molinari, Giuseppe Filiberti, Francesco
Parisi, Geroger Hendren, Ìanni Gatt, Antonio Miruzzi, G.E. Calì
(Assistent Direttur ta’ l-Orkestra tat-Teatru Rjal) w ohrajn. Dan
jixhed illi l-element ghall-gid tal-muzika f’Malta qatt ma naqas u
minn dejjem kien ghani. Il-kummissjoni, mwaqqfa ghal din l-ghazla
minn fost dawn l-imghallmin professuri, wara stharrig, waslet
fil-konkluzjoni li tahtar lil Mro. Antonio Miruzzi, muzicist,
kompozitur u direttur mill-ahjar, sabiex jiehu taht idejh il-Banda
li kienet ghadha kif twieldet.
Il-membri kienu hafna u bosta minnhom xtaqu jitghallmu jdoqqu.
Membri li digà kienu jdoqqu l-mandolina jew il-kitarra bdew
jinkuraggixxu liz-zghazagh sabiex jaqbdu malajr l-arti tal-muzika.
Is-Surmast Miruzzi ried iwaqqaf il-banda fuq sisien sodi mill-ewwel
u bejn minhabba l-kwalitajiet sbieh tieghu, u bejn bl-ghajnuna li
sab mill-mandolinisti, irnexxielu fi ftit zmien iharreg bosta
allievi u jaghmilhom bandisti.
F’laqgha generali gie deciz li jghammdu l-banda bl-isem ta’ Pio X,
f’gieh il-Papa renjanti, il-Papa qaddis, il-Papa ta’ l-Ewkaristija.
Il-membri mhux biss riedu li l-kazin taghhom jissemma Pio X, izda
xtaqu wkoll li l-istess Papa jkun il-patrun tal-kazin tal-banda.
Ghalhekk il-President Ellis, meghjun mid-direttur spiritwali Dun
Baskal Grech li kien sar direttur spiritwali fis-27 ta’ Ìunju 1906,
kiteb lill-Papa fejn talbu jaccetta li hu nnifsu jkun il-patrun
taghhom. Il-Papa Pio X, li kien bniedem qaddis, accetta din
it-talba, fahhar ’l-ghaqda u s-sentimenti li spirawha sabiex
tissemma ghalih u baghat l-Apostolika Benedizzjoni lill-membri
kollha. Din l-ittra tinsab merfugha b’ghozza kbira fil-kazin. Ara
pagna 137.
Segreteria Vescovile
Valletta 25 Luglio 1905
Pregmo Signore, Sua Eccellenza Reverendissima Monsignor Vescovo mi
incarica trasmettere alla S.V. Pregiatissima copia di una lettera
ricevuta dalla Segreteria di Stato una risposta ad una lettera alla
medesima indirizzata dalla S.V. come segue:
Illustrissimo e Reverendissimo Monsignore,
Il Signor Giovanni Ellis di Malta espone che nella borgata di Casa
Lia di contesta Isola si è recentemente constituito un “concerto
cittadino” con lo speciale intendimento di recare un qualche utilità
dalla classe operaia.
Il Santo Padre reso di ciò consapevole, vivamente si compiace dei
sensi di profonda pietà ai quali il novello dodalizio protesta di
inspirarsi, brama pertanto che la S.V. Illustrissima e
Reverendissima partecipi al prelodato Signor Ellis e a tutti i
membri di quella banda musicale l’appostolica benedizione che
l’Augusto Pontefice imparte di cuore per attuatare ad essi la sua
benevolenza in quel solo modo che gli è possibile.
Mi avvalgo poi del favore incontro per confermarle e sense della più
distinta stima con cui sono di
V.S. Illl.ma e Rev. ma
Devotissimo Servo
Giacomo della Chiesa
Sostituto della Segreteria di Stato
Roma 21 Luglio, 1905
Vescovo di Malta
Con sensi intanti di perfetta osservanza professo
della S.V. Preg.ma
Devotissimo Servo
Sac Paolo Gauci
Pro Secretario Generale
Pregmo Sig. John Ellis
Lia
Iktar tard Dun Baskal rega’ kiteb lill- Papa fejn talbu f’isem
il-membri kollha tal-kazin, sabiex jaghti Indulgenza Plenarja
lis-soci kollha. Hawnhekk il-Papa Qaddis innifsu b’ittra miktuba
minn idejh stess laqa’ din it-talba u ikkonceda Indulgenza Plenarja
lis-soci kollha jekk dawn iqerru u jitqarbnu jew nhar il-festa ta’
Santa Cecilja jew il-Hadd ta’ wara. Din l-ittra li hija relikwa
mill-aqwa ta’ dan il-Papa Qaddis, ukoll tinsab b’ghozza kbira
fis-Sala tal-kazin.
L-inawgurazzjoni tal-banda
Is-Surmast Miruzzi beda jlaqqa’ lill-bandisti allievi ta’ spiss u fi
ftit xhur irnexxielu jwassal il-banda l-gdida li tista’ taghmel
programm ta’ l-inawgurazzjoni taghha. Dan gara fit-30 ta’ Dicembru
1906, meta l-plancier gdid gie mzanzan fuq iz-zuntier tal-knisja u
l-Isqof Pietru Pace bierek zewg standarti rregalati lill-banda
l-gdida mill-Kurunell John Francia u mill-Kurunell Markiz Giovanni
DePiro, t-tnejn tar-Royal Malta Militia. Folla mdaqqsa assistiet
ghal dan il-programm muzikali u meta l-banda spiccat iddoqq
is-sinfonija “Ogni Principio è Forte’’ li s-Surmast Miruzzi kkompona
apposta, n-nies infexxew icapcpu sabiex juru l-apprezzament taghhom.
Wara sar diskors ta’ l-okkazzjoni mill-President tas-socjetà is-Sur
John Ellis, fejn ipprezenta bakketta ta’ l-ebanu interzjata
bil-fidda lis-surmast Miruzzi, bhala sinjal ta’ qima u ta’
rikonoxximent.
Meta spicca l-programm, in-nies gew mistiedna ghal trattament lussuz
fid-dar 130, Main Street, Lija, li fih kullhadd, bandisti, soci u
ammiraturi, kiel u xorob fost il-ferh u l-briju li jgibu maghhom
okkazzjonijiet bhal dawn.
Wara li ghadda kollox, il-kumitat induna li ghal dan it-trattament
kellu johrog ’il fuq minn mitt lira u hekk il-kaxxa batiet u
s-socjetà kellha ssib ruhha fid-dejn.
Hawnhekk gie mahtur bhala tezorier is-Sur Salvu Mifsud li,
bil-ghaqal u l-hidma tieghu, irnexxielu jerga jgib lis-socjetà fuq
saqajha, thallas id-dejn u l-banda regghet bdiet tiltaqà u tkompli
bil-hajja normali ta’ qabel.
Hekk naraw li dan l-inkwiet finanzjarju ma tellifx il-hidma li
ghaliha twaqqfet is-socjetà – dik muzikali. Tant hu hekk li f’Jannar
tal-1907 il-banda Pio X giet mistiedna mill-kazin Konti Ruggieru
tar-Rabat sabiex twettaq programm muzikali nhar il-festa ta’ San
Pawl. Il-programm kien sabih u ntghogob tant li r-Rabtin bhala
sinjal ta’ hbiberija w ammirazzjoni rregalaw lill-banda tazza
tal-fidda.
Ftit wara l-banda giet mistiedna sabiex iddoqq programm fiz-Ûejtun u
minn hemm il-quddiem stedin iehor bhal dan baqa’ jizdied minn sena
ghal sena.
R. Vassallo La Rosa lahaq president fit-28 ta’ Marzu 1909.
F’Ìunju 1910, il-banda hadet sehem fl-isfilata li saret il-Belt
Valletta, fl-okkazzjoni ta’ l-Inkurunazzjoni tar-Re Ìorg V. Fost
dokumenti tal-kazin insibu ittra ta’ ringrazzjament w inkoraggiment
iffirmata minn Dr Enrico Mizzi LL.D. ghas-sehem li hadet il-banda
billi kienet wettqet programm ta’ muzika fil-gnien tal-Ìeneral
Barron. Is-Sur Luigi Agius lahaq president fl-10 ta’ Ottubru 1911.
Il-kazin tal-banda kompla jikber fil-ghadd tal-membri. In-nies ta’
Hal Lija kienu jiehdu gost jisimghu l-banda taghhom iddoqq, u bosta
kienu dawk li kienu jmorru jisimghu l-kuncerti fil-bitha tal-kazin.
Nhar il-Festa tas-Salvatur 1910, il-bandisti zanznu l-uniformi
tas-sajf u l-kazin kien nefaq £40 sabiex il-banda jkollha l-uniformi
taghha.
Matul is-sena 1912 sar trasferiment mill-ewwel dar fejn kien
il-Kazin, No 41 Strada Reale, ghall-post li qeghdin fih illum li dak
iz-zmien kien 44 Strada Reale.
Kumpanija filodrammatika
Mhux il-membri kollha kienu jithajru jdoqqu xi strument tal-banda, u
ghalhekk gara li dawn il-membri giethom f’mohhhom li jibdew jaghmlu
t-Teatrin fil-bitha kbira tal-kazin. B’dan l-iskop fl-1913 twaqqfet
il-Lija Dramatic Company. L-imsehbin ta’ din l-ghaqda bdew itellghu
diversi xoghlijiet tal-palk u n-nies bdew kull nhar ta’ Sibt jew
il-Hadd fil-ghaxija jmorru jghaddu l-hin hieles taghhom hemmhekk.
Il-bitha kienet timtela u fix-xitwa, is-soci kienu jsaqqfuha b’xi
bicca drapp tal-luna biex tilqa’ x-xita. Dak iz-zmien nisa ma kinux
jahdmu fuq il-palk, u l-parti tal-mara kien jahdimha xi guvni li
kellu vuci rqiqa.
Il-qligh mir-rapprezentazzjonijiet dejjem mar ghall-bzonnijiet
tal-banda u tal-kazin.
Fl-1914 faqqghet il-Gwerra l-Kbira, u minhabba f’hekk,
l-attivitajiet fil-kazin ma baqghux numeruzi bhal qabel.
L-ahbarijiet koroh tal-gwerra kienu jaslu wkoll fir-rahal u n-nies
bdew inisslu fihom sens ta’ biza’ u ta’ stennija fuq x’setgha jigri
fil-gejjieni. Meta mbaghad fl-1918, il-gwerra spiccat, is-soci
tal-kazin regghu intefghu ghall-hidma, bil-banda ferm attiva
fil-programmi muzikali taghha, kemm fir-rahal kif ukoll f’irhula
ohra. Matul is-sena kienu jsiru l-kuncerti sabiex imbaghad,
fil-granet tal-festa tas-Salvatur, il-banda tohrog iddoqq mat-toroq
tar-rahal kif ukoll fuq il-plancier fuq l-istess zuntier tal-knisja.
Il-kumpanija tat-teatrin, ukoll, ma tellghetx biss xoghlijiet
tal-palk ghan-nies ta’ Hal Lija izda hadmet ukoll drammi u fares
fil-Marsa, Haz-Ûebbug u postijiet ohra.
Fl-1922 lahaq surmast provizorju, Mro Darmanin, minhabba li
s-surmast Miruzzi kien ma jiflahx. Insibu li fis-sena 1925 Mro Luigi
Fenech lahaq bhala l-ewwel Assistent Surmast.
Sal-1926, is-surmast direttur tal-banda kien l-istess Antonio
Miruzzi. Dan il-kompozitur maghruf, mix-xejn sawwar u rawwem
il-banda sakemm, ghajjien bit-taghbija tax-xoghol u taz-zmien, hass
il-bzonn li jirtira darba ghal dejjem minn fuq il-plancier.
Warajh, fuq rakkomandazzjoni tieghu stess, inhatar Mro. Carmelo
Scicluna li dam imexxi l-banda ghal tmintax-il sena shah. Jghinu,
bhala assistent surmast kellu lis-sur Luigi Fenech li, mis-sena 1922
sas-sena 1944, kien dejjem jghallem lill-allievi.
Fiz-zmien li qeghdin insemmu l-kazini kollha ta’ Hal Lija kienu
fl-aqwa taghhom u bosta rgiel kienu jiffrekwentawhom. Ftit, ftit,
bejn is-soci tal-kazini bdew jidhlu certi piki u ghalhekk kemm
il-kappillan, Dun Anton Buhagiar, kif ukoll Dun Baskal Grech,
kappillan tal-kazin Pio X, kellhom bicca xoghol difficli biex izommu
l-paci u biex jikkwietaw l-irjus. Wahda mill-kwestjonijiet li kienet
inqalghet kienet dik ta’ meta xi affarijiet u xi standarti, li kienu
propjetà tal-kazin tal-banda Pio X, ma nstabux. Xi hadd hadhom baxx
baxx u nqala’ ftit ta’ l-inkwiet minhabba li s-soci tal-kazin
kellhom hjiel sewwa min kien hadhom u ghand min kienu. Minhabba
f’hekk kien inqala’ hafna ghidut u glied bla bzonn. Din il-kwistjoni
damet sejra s-snin sakemm fl-ahhar twitta kollox u nstabet il-paci
meta l-affarijiet misruqa kollha nghataw lura lill-kazin tal-banda.
25 sena anniversarju
Il-kappillan Buhagiar halla l-parrocca ta’ Hal Lija sabiex imur
fil-parrocca tar-Rabat ghall-ahhar tal-1929. Warajh, f’Marzu 1930,
gie bhala kappillan Dun Karm Lia u fi zmienu, kemm il-parrocca kif
ukoll il-kazin tal-banda, ghaddew minn taqlib u tibdil kbir.
F’din is-sena il-kazin Pio X ghalaq 25 sena mit-twaqqif tieghu u
ghalhekk saru festi li fihom il-president tal-kazin, is-Sur John
Bugeja, ipprezenta tazza sabiha biex tfakkar l-okkazzjoni ta’
l-gheluq ic-Centinarju tat-Trasfigurazzjoni ta’ Kristu Salvatur.
Il-kazin tal-banda, bhal kazini ohra, rsista hafna ghas-success ta’
dawn il-festi. Il-faccata tal-kazin giet imzejna, mal-hitan twahhlu
strixxi tal-karta bil-kliem “Salvatur tad-Dinja”, “Xemx tal-Haqq”,
“Dawl tad-Dinja”, “Feddej l-aktar Hanin”, “Tama ta’ kulhadd” u
ohrajn.
Is-Socjetà Filarmonika Pio X minn dejjem issibha minn ta’ quddiem
biex tiddefendi l-unur tal-Knisja ta’ Kristu. Meta s-Sindku Nathan,
fil-Parlament Taljan tenna ufficjalment xi diskors ta’ ghajb
lill-Qdusija Tieghu l-Papa, is-socjetà, bla dewmien, b’wiccha minn
quddiem, ipprotestat bil-miktub kontra l-imgieba ingrata ta’ dan
l-ghadu fahxi tal-Vigarju ta’ Kristu billi baghtet dan it-telegramm
lis-Segretarju ta’ l-Istat:
Circolo Musicale Pio X protesta enfaticamente il discorso del
Sindaco Nathan oltraggioso Santo Padre, domandando benedizione.
Engerer, Segretario
B’xorti hazina is-socji tal-kazin tal-banda kellhom isofru t-telfa
tad-direttur spiritwali taghhom, Dun Baskal Grech, propju fil-bidu
ta’ dawn il-festi. Ghalhekk ma naqasx li jsir ukoll luttu bhala
sinjal ta’ rispett ta’ kemm hadem ghall-kazin. Dun Baskal kien gab
l-Indulgenza Plenarja lis-socji kollha tal-kazin.
Fis-sena 1931, il-kazin kien b’sular wiehed, ghalhekk gie deciz li
jsir it-tieni sular u b’hekk dik is-sena stess inbeda x-xoghol u
tlesta f’dik is-sena, biex b’hekk sar kif nafuh illum.
Fl-1933, il-kazin kien gie kkonsagrat lill-Qalb ta’ Ìesù. Ghal din
il-konsagrazzjoni kien gie l-Isqof Caruana u kamra tal-genb giet
mibdula f’kappella iddedikata lill-Qalb Santissima.
Fis-sena 1936, il-Gvernatur Sir Charles Bonham Carter gie mistieden
biex izur ir-rahal u l-kazin Pio X. Dan gie mas-sinjura tieghu u
wiehed minn uliedu. Gie milqugh bid-daqq tal-‘God Save the King’
mill-banda u l-president tal-kazin, Dr John Bugeja ghamel diskors li
ghalih il-gvernatur wiegeb b’mod spontanju fejn fahhar lill-kumitat,
lis-socji u lill-bandisti. Bhala hajr tal-laqgha li ghamillu
l-kazin, il-Gvernatur halla ritratt bl-awtografija tieghu. Dak
in-nhar filghaxija il-Banda Militari tas-South Wales Border kienet
il-mistiedna tal-Banda Pio X u wettqet programm muzikali fuq
iz-zuntier tal-knisja.
Fl-1938, Dun Guzepp M. Xerri sar id-direttur spiritwali tal-kazin.
Kienu ilhom bla direttur spiritwali mill-mewt ta’ Dun Baskall Grech
fl-1932. F’dawn is-snin kien inqala’ xi inkwiet bejn is-socji fuq
ragunijiet politici. Minhabba f’certa politika anti-religjuza xi
socji dehrilhom li m’hemmx bzonn li jkollhom direttur spiritwali u
ghalhekk il-kazin dam sabiex ghazel direttur spiritwali. Dun Guzepp
M. Xerri ghalhekk kellu bicca xoghol iebsa sabiex jikkalma l-irjus u
jurihom li s-socjetà Pio X twaqqfet bi skop kulturali u l-banda
kienet il-hsieb ewlieni tat-twaqqif tal-kazin. B’hekk is-sens
religjuz tal-maggoranza tas-socji rebah fuq il-ftit u fl-ahhar
instabet mill-gdid il-paci fi hdan il-membri kollha.
Fl-1938-1939, il-kumitat ta’ dak iz-zmien ha hsieb li jerga’
jorganizza l-banda u jaghtiha l-hajja li jixirqilha. Il-kumitat
ghas-sena 1938 kien hekk: Dr John Bugeja – President, Robert Bencini
– Vici President, Carm Cutajar – Segretarju, Ant. Aguis – Kaxxier u
membri Ìuzi Attard, Alfons Ebejer, Gius Fenech u John Fenech.
Fl-1938 Carm Cutajar irrizenja minn segretarju u minfloku lahaq
Alfons Ebejer. Dan kien fil-25 ta’ April 1938.
Fl-1939 il-kumitat kien hekk: Dr John Bugeja – President, Robert
Bencini – Vici President, Alfons Ebejer – Segretarju, Ant. Agius –
Kaxxier. Membri kienu: Gius. Fenech, Frans Xerri, Ìuzè Attard, Salvu
Camilleri, Elija Cutajar u Salvu Ebejer. Is-Sur Elija Cutajar ghadu
haj. Bandisti li ghadhom hajjin u kienu jdoqqu fl-1939 huma Elija
Cutajar u huh Joe Cutajar, li llum jinsab l-Awstralja, Karmenu
Bonnici u Martin Mallia.
It-Tieni Gwerra dinjija
Ftit wara faqqghet it-Tieni Gwerra dinjija u din gabet taqliba kbira
ma’ Malta kollha. Matul il-gwerra l-attività tal-kazin sfat fix-xejn
ghaliex is-socji kollha kienu ingabru suldati u whud minnhom sfaw
maqtula mill-ajruplani ta’ l-ghadu. Dak iz-zmien, fejn ic-cimiterju
ta’ Hal Lija, qalb is-sigar taz-zebbug, kien hemm regiment tas-suwed
mill-Bazutoland. Xi whud minnhom kienu kattolici u kont tarahom jigu
l-knisja fejn kienu jitolbu b’devozzjoni kbira. Fit-13 ta’ Ìunju
1943, nhar il-Festa ta’ l-Ghid
il-Hamsin, bl-inizjattiva ta’ Salvu Mifsud (Panziku), kienet saret
laqgha helwa ghal dawn is-suldati fejn inghataw xi 58 rigal u sar
festin u trattament fil-kazin tal-banda.
Dak in-nhar Salvu Mifsud ghamel tahdita ckejkna bl-Ingliz fejn wera
kif Malta baqghet izzomm il-fidi li gabilha San Pawl. Meta spicca
wiehed mill-Basuti fisser lil shabu t-tahdita bl-ilsien taghhom u
wara li spicca kollox is-suldati hargu jkantaw Innijiet Sagri.
Fl-1944 is-surmast tal-Banda, Carmelo Scicluna, irtira u warajh
lahaq Mro. Kav. Gius. Busuttil, li kien Bandmaster tar-Royal Malta
Artillery. Izda dan, minhabba x-xoghol zejjed ma setax ilahhaq u
kellu jirtira. Warajh gie maghzul Mro. Anthony Sammut A. Mus. L.C.M.
Id-dedikazzjoni tieghu li jidderigi l-banda kienet il-kawza li
l-banda saret maghrufa mal-bliet u l-irhula ta’ Malta kollha.
Bizzejjed nghidu li dak iz-zmien il-banda kienet twettaq ma’
l-ghoxrin programm f’okkazzjonijiet ta’ festi f’diversi postijiet.
Jghin fix-xoghol ta’ taghlim lill-allievi godda sabu lis-sur Salvu
Tanti A.Mus L.C.M. li, b’kapacità kbira, ressaq hafna zghazagh
sabiex johorgu jdoqqu mal-banda tar-rahal. Dan ix-xoghol is-sur
Tanti baqa’ jaghmlu sa meta miet.
Meta spiccat l-gwerra, fl-1945, il-kazin regà beda jimtela bis-soci
u l-attivitajiet zdiedu. Bejn is-sena 1945 u 1950, ghal sitt darbiet
wara xulxin, il-banda telghet iddoqq ghall-festa ta’ Santa Marija
fir-Rabat, Ghawdex.
Meta fis-sena 1947 Malta regghet giet moghtija s-Self Government,
bhala rikonoxxenza tal-qlubija li l-Maltin urew matul il-gwerra,
is-sur Pawlu Boffa M.D., Prim Ministru ta’ dak iz-zmien, bhal ma
ghamel f’diversi postijiet ohra, kien gie f’Hal Lija sabiex jifrah
mal-poplu wara l-qirda tal-gwerra. Mieghu kienu gew il-Membri
Parlamentari, li mxew mal-banda mat-triqat tar-rahal. Bhala sinjal
ta’ ghozza, il-Prim Ministru kien ta lill-kazin tazza sabiha.
Fl-1946, wara l-mewt tal-Avukat Bugeja kien lahaq is-sur Luigi
Fenech, li bit-tregija ghaqlija tieghu mexxa l-kazin ’il quddiem
sakemm miet ta’ età zghira fl-1949. Warajh intghazel is-Sur Gius.
Agius li dam sena biss u warajh lahaq is-Sur John Portelli li wkoll
hadem hafna halli l-banda tikseb aktar successi fil-qasam muzikali u
kulturali.
F’dawn is-snin kienet qamet polemika shiha fil-kazin tal-banda
ghaliex xi socji dehrilhom li l-kazin seta’ wkoll iservi ghal skop
politiku. Dawn ghamlu minn kollox sabiex jippruvaw idawru lil min ma
kienx jaqbel maghhom, izda gara li l-maggoranza tal-membri baqghu
jinsistu li l-kazin tal-banda ma kellux ghalfejn idahhal il-politika
partiggjana. Saru bosta laqghat u seduti, inqala’ t-tilwim u dan
l-inkwiet baqa’ sejjer ghal diversi snin.
Festi f’gieh
il-beatifikazzjoni
ta’ Papa Pio X
L-Eccellenza Tieghu l-Gvernatur Sir Gerald Creasy ghogbu jaghmel
zjara lic-cirkolu flimkien ma’ Lady Creasy fl-1950. Dak in-nhar
l-Eccellenza gie milqugh bid-daqq tal-God Save the King u b’diskors
imtenni mill-mejjet Tabib Kaptan Pietru Pawl Galea, tabib
distrettwali u President Onorarju tal-kazin.
Fl-1951, il-President is-Sur John Portelli mexxa l-festi, li l-kazin
ghamel fl-okkazjoni tal-beatifikazzjoni tal-patrun tieghu il-Papa
Pio X. F’din l-okkazjoni twahhlet irhama mal-hajt hdejn il-bieb
tal-kazin b’dawn il-kelmiet: Lill-Papa Piju X f’jum
il-beatifikazzjoni tieghu 3 ta’ Ìunju, 1951. Din l-ghaqda li ggib
ismu tqieghed.
F’Novembru, imbaghad f’Hal Lija gie mfakkar gheluq il-50 sena
mill-mewt ta’ Annibale Preca, wiehed mill-kittieba tal-Malti.
Is-Sibt, 19 ta’ Novembru, giet mikxufa rhama mal-hajt tad-dar ta’
fejn kien joqghod. Il-banda hadet sehem billi ghamlet marc minn Triq
Annibale Preca sa hdejn il-knisja. Il-Hadd, 20 ta’ Novembru saret
Akkademja Muziko-Letterarja fis-sala tal-kazin.
Sentejn wara, fl-1953, il-banda Pio X, issa Beatu, hadet sehem
fl-isfilata tal-baned fl-okkazzjoni tal-festi kbar li saru
ghall-Inkoronazzjoni tar-Regina Elizabetta II. Il-karru trijonfali,
mahdum kollu bil-ward mis-socji, kien jirrapprezenta “Il-Kuruna
tar-Renju Unit,” imdawra b’sitt tfajliet rapprezentanti
tad-Dominions u fin-nofs tfajla tirrapprezenta lil Malta, ckejkna
fid-daqs u kbira fi grajjietha.
Fl-1954, lahaq president is-Sur Alfons Ebejer li, f’waqtiet koroh li
kien ghaddej il-kazin minhabba l-politika, kompla juri l-lejaltà
tieghu lejn il-kazin tal-banda. It-tregija tajba tieghu, kif ukoll
il-lejaltà tas-socji sincieri lejn il-kazin, ghenu sabiex il-kazin
jitnaddaf minn dawk il-membri li ma kinux jaqblu ma’ l-iskop u
l-ghan li ghalihom l-kazin tal-banda huwa wieqaf. F’dak iz-zmien
ghalhekk, xi socji kienu talbu li jispiccaw minn membri.
Barra l-banda, il-Lija Dramatic Company kompliet taghmel bosta recti
fil-bitha tal-kazin, fosthom drammi tragici ta’ Shakespeare maqlubin
ghall-Malti, kif ukoll fares li kienu jaqsmu lil kulhadd bid-dahk.
Wara xi zmien dahlet l-uzanza li nhar ta’ Sibt, fl-istess bitha,
jintwera film talkies. Dun Guzepp M. Xerri kien silef projector
lill-kazin u b’hekk kullhadd, kbar u zghar kienu jmorru jqattghu
saghtejn jaraw it-talkies. Inkarigat li jdawwar il-film kien is-Sur
Vinu Caruana. Ftit wara, il-kumitat hass li setghu isaqqfu l-bitha
l-kbira tal-kazin u bl-ghajnuna tas-socji kollha din tlestiet u hekk
setghet tintuza ahjar, kemm ghall-kuncerti tal-banda, kif ukoll
ghat-teatrin u ghat-talkies. Minbarra dan, issa li l-bitha inbidlet
f’sala kbira, fiha bdew isiru xi konferenzi, kemm edukattivi kif
ukoll socjali.
Fid-29 u 30 ta’ Mejju 1954, il-kazin tal-banda ccelebra jumejn ta’
festi f’gieh il-qaddis Patrun San Pio X. Is-Sibt 29 ta’ Mejju fis-6
ta’ fil-ghaxija, il-Wisq Rev. Mons. Anton Buhagiar ghamel konferenza
fis-sala tat-teatrin fuq il-hajja tal-Papa qaddis. Imbaghad, l-ghada
l-Hadd, id-Direttur Spiritwali tal-kazin, Dun Ìuzepp Xerri, ccelebra
quddiesa fil-kazin stess u saret tqarbina generali.
Wara saret konferenza ohra mis-Sur Vincenz Galea li tkellem ukoll
fuq San Pio X. Fil-ghaxija l-banda ferhet lir-rahal bil-marci
brijuzi. Dak in-nhar kienu gew l-E.R.T. Mons. Isqof Emanuel Galea u
l-Onorevoli Agent Prim Ministru Sir Paul Boffa. Mons. Isqof bierek
standard tal-Papa u l-agent Prim Ministru ipprezentah lill-banda.
Wara l-banda kompliet billi daqqet programm muzikali taht
it-tmexxija tas-surmast Anthony Sammut. Il-festi ntemmu bil-loghob
tan-nar mahdum mill-kamra tan-nar San Mikiel.
|