|
1955-2006
50 sena mit-twaqqif tal-kazin
Is-sena ta’ wara, fl-1955, habat il-gublew tad-deheb minn mindu
twaqqaf il-kazin tal-banda, li gie ccelebrat b’festa xierqa
fil-kazin, u b’marci u programmi muzikali fit-triqat tar-rahal u
hdejn il-kazin. Saret ukoll quddiesa ghall-mistrieh ta’ ruh is-socji
mejtin.
Meta fl-1956 il-kappillan Dun Innocenz Borg ha hsieb li l-knisja ta’
San Andrija jibdilha f’Sala Parrokkjali, il-kumpanija tat-teatrin
tal-kazin tal-banda bdiet taghti il-wirjiet taghha f’dan il-post.
Minhabba f’hekk il-palk tal-kazin gie zarmat u x-xenarju kollu gie
mehud fis-Sala Parrokkjali. Il-films ukoll ma’ baqghux jintwerew
fil-kazin, u flok il-palk intrama l-billiard. Issa li n-nies ta’ Hal
Lija kellhom Sala Parrokkjali, is-sala tal-kazin ma’ baqghetx
tintuza ghan-nies bhal qabel. Izda gara li fl-1957 f’Malta dahal
televixin. Ghall-ewwel mhux kulhadd mar jixtri sett ta’ dan l-oggett
gdid.
Il-Maltin kienu qed jircievu f’Malta programmi diretti mill-Italja.
Il-kazin tal-banda kien fost l-ewwel f’Hal Lija li xtara sett tat-TV
u n-nies regghu bdew jimlew is-sala halli jaraw il-programmi.
Fil-ghaxija u l-iktar kull nhar ta’ Hadd kont tara nies dehlin halli
jqattghu xi saghtejn mehdijin b’din l-invenzjoni l-gdida. Intant,
iktar ma beda jghaddi z-zmien, in-nies kienu bdew jixtru sett tat-TV
sabiex jarawh id-dar, u b’hekk is-sala tal-kazin ma’ baqghetx tkun
mimlija bhal qabel.
Is-sala issa l-iktar li kompliet isservi kien sabiex fiha jsiru l-kuncerti
tal-banda. Matul is-sena, il-banda San Pio X kompliet twettaq bosta
programmi fl-irhula u fil-bliet ma’ Malta kollha.
Matul iz-zmien bdiet tinhass il-htiega li l-banda taqleb mis-sistema
ta’ koristica vecchia ghal dik normali. Ghalhekk fl-1960 kienu
nxtraw tnax-il klarinett u kwartin godda li qamu s-somma ta’
£262-29-0. Dawn gew imbierka minn Mons Arcisqof Mikiel Gonzi fil-5
ta’ Awissu 1960 lejliet il-Festa tas-Salvatur. Ritratt ta din
ic-cerimonja jinsab fis-sala tal-kazin.
Il-banda baqghet tigi mmexxija mis-surmast Antonio Sammut u taht dan
is-surmast imxiet ferm ’il quddiem. Is-success tal-banda kompla
jikber ukoll minhabba d-dedikazzjoni ta’ l-Assistent Surmast Salvu
Tanti A.Mus L.C.M. li b’pacenzja kbira ghallem ’il-allievi godda
tal-banda. Kull sena bdew johorgu bandisti godda li komplew isahhu
’l-banda.
Fis-sena 1962, il-President is-Sur Alfons Ebejer irrizenja u
minfloku rega’ gie maghzul is-Sur John Portelli li baqa’ jmexxi
’l-banda ghal bosta snin.
Dun Ìuzepp Xerri, id-direttur spiritwali tal-kazin gie onorat bit-titlu
ta’ kamrier sigriet tal-Papa. Il-kazin kien laqa’ dan l-unur
tal-kappillan tieghu b’sodisfazzjon kbir. Ìara izda li Mons. Xerri
ma damx igawdi dan it-titlu ghaliex, f’Settembru 1963, halla dan
il-wied tad-dmugh sabiex imur jiehu premju bil-wisq akbar f’dinja
ahjar.
Warajh, bhala direttur spiritwali tal-kazin, gie maghzul Dun Anton
Ebejer.
Fl-4 ta’ Awissu tal-1964, il-kazin San Pio X kellu sehem kbir
fil-prezentazzjoni ta’ kwadru tal-pittura tal-Kappillan Dun Karm Lia.
Dan il-Kappillan kien wiehed mill-aktar Kappillani li minnu n-nies
tar-rahal raw gid kbir. Ghalhekk kien jixraq li, bl-inizjattiva
tal-kazin tal-banda u tal-kazin San Andrija u nies ohra, dan
ir-ritratt jigi mbierek pubblikament fuq iz-zuntier quddiem il-bieb
il-kbir tal-knisja. Dak inhar Patri Salv Portelli OSA minn Hal Lija
fahhar lill-Kappillan Lia b’kelmtejn ta’ l-okkazzjoni. Dan il-kwadru
tpogga fis-sagristija tal-knisja.
Meta fl-1965 is-Sur John Portelli irrizenja minn President minn
floku lahaq is-Sur Joseph Agius. Dan baqa’ jokkupa din il-kariga
sakemm irrizenja fl-1971. Warajh lahaq is-Sur Salv Sammut u dan dam
President sakemm miet fl-1973. Warajh rega’ gie elett is-Sur Joseph
Agius sakemm baqa’ jokkupa din il-kariga sal-1981.
Il-Banda San Pio X barra minn xtutna
Pagna ohra tad-deheb li nkitbet fl-istorja glorjuza tal-kazin
tal-banda San Pio X kienet meta din il-banda giet mistiedna sabiex
iddoqq fi Biancavilla go Katanja, fl-okkazjoni tal-festi li jsiru
f’gieh il-Madonna tal-Karita’ u San Placidu.
Dan sehh wara l-kuntatti li saru bejn il-Kappillan ta’ Hal Lija, Dun
Anton Muscat, u l-Provostu Sac. Giosue Calancima. Il-banda giet
mistiedna sabiex tmur iddoqq fi Biancavilla. Wara, kemm dan
il-Monsinjur kif ukoll is-Sindku tal-post gew Malta sabiex jiftiehmu
mal-kumitat.
Is-surmast tal-banda Anthony Sammut hadem kemm felah u rsista ferm
biex ilaqqa’ u jharreg il-banda li b’kollox kien fiha sebghin
bandist.
Is-Sibt 2 ta’ Ottubru 1965, fid-9 ta’ fil-ghaxija il-gemgha telqet
ghal Sqallija fuq il-vapur Città di Alessandria fost it-tixjir
tal-qraba li marru jwassluhom ix-xatt tal-Belt. Il-Hadd wara
nofsinhar il-banda dahlet iddoqq go Biancavilla fost ic-capcip tan-nies
tal-post. Ghall tlett ijiem wara xulxin il-banda esegwiet programmi
ta’ bcejjec operistici u tant daqqet tajjeb li n-nies kemm -il darba
infaqghet iccapcap ghal hin twil.
Nhar is-6 ta’ Ottubru l-banda u n-nies minn Hal Lija mxew wara l-istandard
Malti sa fejn il-monument tal-gwerra. Hawnhekk is-segretarju
tal-kazin Fonzu Ebejer pogga kuruna kbira tar-rand fuq dan il-monument
f’isem is-socjetà u kull min kien prezenti. Bhala rikordju ta’ din
il-mawra f’Katanja, il-banda giet moghtija Amfora tal-fidda u tal-kina
l-gmiel taghha.
Il-Banda regghet lura Malta nhar il-Ìimgha 8 ta’ Ottubru fuq
il-vapur Citta’ Livorno.
Fl-istess post insibu Leopard ibbalzmat li qabel kien ta’ Mons
Ìuzeppi Scerri.
Rigali ohra li nsibu huma wkoll l-istandarti mill-isbah li ghandu l-kazin
u li narawhom jiehdu sehem quddiem il-banda.
Fis-sala l-kbira li ghandu il-kazin fis-sular ta’ fuq, insibu
ritratti ta’ bosta personalitajiet li b’xi mod jew iehor kellhom
x’jaqsmu mas-socjetà tal-banda. Fil-vetrini tal-hgieg mimlija tazzi
u trofej tal-fidda naraw l-istima li dejjem kellha l-banda f’qalb
in-nies. Wiehed minn dawn t-trofej, kbir u sabih, gie moghti mis-sur
Mabbli Borg minn Hal Lija li kien joqghod il-Kanada. Dan gie
ipprezentat lejliet il-festa tas-Salvatur fl-1970.
Bejn l-1972 u l-1973 kienu zminijiet meta il-banda hadet sehem
fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl gewwa in-Nadur, Ghawdex.
Fl-1976, is-sur Lorry Cuschieri ipprezenta bandiera kbira u sabiha
lill-kazin, sabiex tittella’ fuq l-arblu. Meta giet ipprezentata,
il-banda daqqet marci brijuzi mar-rahal u wara sar riceviment
fil-kazin. Ftit wara s-sur Joe M. Barbara ha hsieb sabiex jirregala
antiporta sabiha tal-kewba lill-kazin u s-Sur Joe Portelli irregala
il-hgieg taghha. Ma’ dan ukoll is-Sur Portelli ta lill-kazin salott
u vetrina kbira tal-kewba.
Festi f’gheluq il-75 sena
Fl-1980 il-kazin ghalaq 75 sena. F’din is-sena kienu saru festi kbar
biex dan l-anniversarju jibqa’ mfakkar. F’dawn il-festi kien sar
programm muzikali fil-pjazza. Dan sar il-Hamis, 31 ta’ Lulju u kien
sar taht it-tmexxija ta’ Mro. Anthony Sammut, surmast tal-banda,
flimkien mal-kor Tabor li kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Eileen
Micallef Fenech.
Fis-sena 1982, wara li rtira is-sur Joseph Agius minn president
tal-banda, lahaq is-sur Joseph Portelli.
Fil-25 ta’ April 1987, miet il-president tal-kazin is-Sur Joseph
Portelli. Il-banda akkumpanjat il-korteo mid-dar sal-knisja u mill-knisja
sac-cimiterju.
Wara l-mewt tal-president, is-Sur Joseph Portelli, fl-1988, lahaq
president tas-socjetà is-sur Louis Caruana li ghadu jokkupa din
il-kariga sal-gurnata tal-lum. Fi zmien dan il-president, il-kazin
tbiddel mill-lejl ghan-nhar.
Wara 45 sena surmast direttur tal-banda taghna, Mro. Anthony Sammut
tana l-bxara li minhabba l-età ma kienx ser ikompli. Il-kumitat kien
hatar lill-Mro. Ronnie Debattista fejn kellu mieghu bhala assistent
lill-Mro. Salvu Tanti.
Tibdil strutturali fil-kazin
Fil-21 ta’ April 1991 sar festin zghir fejn fis-swali ta’ fuq
inkixef bust tal-bronz biex jibqa’ imfakkar il-President, is-Sur
Joseph Portelli.
Fis-6 ta’ Ottubru 1991 halla din id-dinja Mro. Anthony Sammut, li
kien surmast tas-socjetà, fl-età ta’ 69 sena. Il-banda hadet sehem
fil-funeral.
Bejn is-sena 1992 u 1994 il-kazin ghadda minn tibdil strutturali
kbir. Dan gara wara li gie deciz li s-saqaf tal-bitha jitwaqqa’ u
jigi msaqqaf mill-gdid, issir sala gdida ohra fuqu u jitwaqqghu s-soqfa
tas-swali ta’ fuq ghax kienu f’kundizzjoni hazina hafna. Saret
pjanta mis-Segretarju ta’ dak iz-zmien Michael Saliba u taht is-supervizjoni
tal-Perit F. Montesin A.&C.E beda x-xoghol.
Bhala bennej inkariga ruhu il-membru anzjan tas-socjetà Carmelo Borg
maghruf bhala l-Hla fejn fost affarijiet ohra saru zewg arkati kbar
bil-lavur madwarhom. Dawn kienu rinforzati bi travi kbar li gew
mohbija wara l-istess arkati biex jistghu jerfghu l-planki. Dawn
il-planki inghataw lis-socjetà bhala donazzjoni.
Fl-1992 gie iffurmat il-kumitat taz-zghazagh. Dan il-kumitat jahdem
hafna u jorganizza attivitajiet li jolqtu liz-zghazagh, jarma u
jiehu hsieb il-briju fil-festa tas-Salvatur.
Fl-1994 il-kazin tal-banda ha sehem f’marci li kienu saru kemm fir-rebh
tal-promozzjoni ta’ Lija Athletic fit-tieni divizjoni kif ukoll
fil-festi centinarji tal-parrocca.
90 sena anniversarju
Fl-1995, il-banda ghalqet 90 sena. Il-kumitat ma’ qaghadx lura u
ghamel festi kbar biex ifakkar dan l-avveniment.
Ghall-okkazzjoni kien sar arblu gdid ta’ 60 pied kif ukoll bandiera
gdida. Din kienet tbierket fit-30 ta’ Lulju mill-kappillan
tal-Parrocca ta’ dak in-nhar, Dun Nazzaren Caruana, u ttellghet
mill-president tal-kazin is-sur Louis Caruana. Wara sar festin
ghas-soci fil-kazin. Dan kollu sar il-Hadd qabel il-festa titulari.
Bhala tifkira ta’ l-okkazzjoni l-kumitat ippublika ktieb.
Fil-11 ta’ Marzu 1996, il-banda ghaddiet minn taht id-direzzjoni ta’
Mro. Ronnie Debattista ghal ghand Mro. Raymond Fenech. Dan is-surmast
qieghed jaghmel hafna xoghol siewi fi hdan il-banda. Kellu bhala
assistent lil Mro. Paul Busuttil.
Fl-25 ta’ Dicembru, 1999, lahaq bhala assistent surmast Mro. Reno
Busuttil.
Fit-28 ta’ Awissu 1996 miet l-assistent surmast Mro. Salvu Tanti.
Il-banda hadet sehem fil-korteo li sar fid-29 ta’ Awissu.
Akkademja Muziko-Letterarja
Il-kumitat hass il-htiega li fil-granet tal-Ìimgha l-Kbira jibda
jsir kuncert u ghall-ewwel darba, fl-20 ta’ Marzu 1999, saret l-ewwel
Akkademja Muziko-Letterarja gewwa l-knisja tas-Salvatur il-Qadim.
Dan il-kuncert issa dahal fil-kalendarju tas-socjetà u l-attendenza
qeghda tkun numeruza.
Fid-29 ta’ Ottubru il-banda hadet sehem fil-pussess tal-kappillan
il-gdid, Dun David Gauci.
Il-Plancier il-gdid
Fl-20 ta’ Marzu 1997 intweriet ghall-ewwel darba il-pjanta
tal-plancier il-gdid u f’Awissu ta’ l-istess sena beda jinxtara l-materjal
biex ix-xoghol tal-plancier jinbeda. Bis-sahha ta’ dan il-progett
issa ghandna plancier li jixraq lill-banda taghna.
2001 – Xiri tal-kazin u l-ftuh tas-sala l-gdida
Decizjoni li ttiehdet fil-laqgha generali li saret f’Novembru
tas-sena 2000 mill-membri prezenti tat permess lill-kumitat, li kien
ghadu kif twaqqaf, biex jibda tahdidiet mas-sidien tal-kazin halli
il-kazin jinxtara mis-socjetà taghna.
Bejn Novembru tas-sena 2000 u Ottubru 2001 il-kumitat, immexxi
mill-president is-sur Louis Caruana, hadem kemm felah halli d-decizjoni
li ttiehdet fil-laqgha generali tigi osservata.
It-tahdidiet bdew immedjatament fejn il-president, flimkien mad-delegat
tal-banda is-Sur Frans Portelli, iltaqghu mas-sidien tal-post u s-somma
ta’ Lm37,000 giet milhuqa bejn iz-zewg nahat. Kien fadal biss l-approvazzjoni
tal-kumitat.
Ghalhekk, il-president u d-delegat tal-banda resqu quddiem
il-kumitat is-somma li giet miftehma u wara hafna tahdidiet u
diskussjonijiet mal-kaxxier, is-sur Michael Cassar, gie deciz li l-kumitat
jaccetta u jaghmel l-ikbar pass fl-istorja tas-socjetà, dak li jibda
l-process halli fl-ahhar naslu biex nixtru il-kazin.
Fis-sena 2000 gie ffurmat il-kumitat tan-nisa. Dan qieghed jahdem
hafna fejn jidhol ix-xoghol ta’ fund-raising u tindif.
Nhar is-27 ta’ Marzu, 2001, sar il-konvenju fejn ghall-kazin
tal-banda dehru quddiem in-nutar tas-socjetà Gerard Spiteri Maempel
– il-president, is-segretarju u l-kaxxier.
Kien imiss issa l-ahhar pass, il-kuntratt tax-xiri, biex holma li
hafna socji xtaqu issehh.
Dan il-pass sehh il-Hadd, 28 ta’ Ottubru 2001. Quddiem in-nutar
tas-socjetà, flimkien mas-sidien tal-kazin, sar l-iffirmar
tal-kuntratt. Ghall-kazin tal-banda dehru il-president, is-sur Louis
Caruana, s-segretarju, s-sur Salvu Borg, il-kaxxier, is-sur Michael
Cassar flimkien max-xhieda li kienu l-ex kaxxier u l-bandist
onorarju s-sur Salvu Muscat, flimkien mal-president onorarju,
s-sur Joe Azzopardi. Wara sar riceviment zghir ghas-socji. Waqt din
l-attività holma ohra li kellu l-president u ohrajn saret realtà.
Din kienet il-ftuh tas-sala l-gdida fis-sular ta’ fuq. Sala li saret
bis-sahha tas-socji u bl-ghajnuna tal-benefatturi tas-socjetà.
Is-sala l-gdida ssemmiet Sala Luigi Caruana ghall-president prezenti.
Din id-decizjoni ttiehdet fil-laqgha tal-kumitat, fejn il-kumitat,
bhala ringrazzjament tax-xoghol li jwettaq fil-kazin, xtaq li jkun
hemm sala imsemmija ghal dan il-president li jahdem u jistinka biex
is-socjetà taghna tikber u taghmel success. Il-qtugh taz-zigarella
sar mill-president. Id-direttur spiritwali tas-socjetà Dun Anton
Ebejer bierek is-sala flimkiem mal-kappillan tal-parrocca Dun David
Gauci. Il-kxif ta’ l-irhama sar mill-president onorarju u benefattur
kbir tas-socjetà s-Sur Joe Fenech.
Waqt il-ftuh tas-sala l-Ghaqda tan-Nar San Mikiel harqet murtali
biex tfakkar dawn iz–zewg okkazzjonijiet kbar li sehhew.
Fil-15 ta’ Lulju 2002, is-socjetà tal-banda San Pio X inhasdet
bl-ahbar tal-mewt tad-direttur spiritwali Dun Anton Ebejer, li kien
ilu jokkupa din il-kariga ghal 38 sena. Il-President u l-kumitat
hassu li ghandhom jaghtu l-ahhar tislima lil Dun Anton billi wara l-quddiesa
praesente cadavere koncelebrata mill-kappillan u l-kleru, il-banda
San Pio X twassal l-korteo funebri mill-knisja parrokkjali sac-cimiterju.
Wara l-mewt ta’ Dun Anton il-familjari tieghu irregalaw lis-socjeta’
kalci li Dun Anton kellu u dan qieghed merfuh b’ghozza kbira
fis-sala principali tal-kazin.
F’Novembru ta’ l-istess sena Patri Diego Theuma OFM Cap, inhatar
direttur spiritwali u ghadu jokkupa din il-kariga.
Fis-17 ta’ Novembru 2003 inbeda progett iehor fil-kazin. Dan huwa l-faccata
tal-kazin fejn fiha sar tibdil ta’ gebel li maz-zmien kien tmermer.
Fl-2004 bdew il-preparazzjonijiet ghall- festi tal-100 sena fejn fl-ewwel
progett wara l-faccata kien it-tibdil tal-gallarija li maz-zmien
kienet qdiemet. Komplew jittrangaw is-swali tas-sular ta’ fuq.
Fit-22 ta’ Mejju 2005, bis-sahha tal-kumitat tan-nisa gie inawgurat
arkivju gdid li tpogga f’wahda mis-swali ta’ fuq. Qed nghid
bis-sahha tal-kumitat tan-nisa ghax dan sar mill-attivitajiet kollha
li organizzaw in-nisa u l-lotteriji li hadu hsieb huma. Opra sabiha
li ser tkompli izzid mar-rikkezzi li ghandu dan il-kazin.
Xiri ta’ mahzen
It-Tnejn 25 ta’ April itellghet il-bandiera fuq l-arblu tas-socjetà
dan ghaliex dak inhar fit-8.30 ta’ filghodu gewwa l-kazin kien qed
isehh avveniment importanti iehor fl-istorja ta’ din is-socjetà –
il-kuntratt ta’ mahzen.
Il-kumitat imexxi mill-habrieki president Louis Caruana beda jfittex
mahzen addattat biex il-plancier u xi armar iehor tas-socjetà ikollu
fejn jitpogga u ma jsirlux hsara. Dan gie deciz wara li armar bhal
plancier fil-kazin m’hemmx fejn jitpogga u kienet tkun hasra li dan
il-plancier artistiku isirlu xi hsara. Ghalhekk gie deciz li nsibu
post li jekk jista jkun, ikun go Hal Lija, u ma jkunx taht l-art
minhabba l-umdita. Wara hafna giri u tahbit biex insibu mahzen li
jilhaq dawn il-kriterji, il-president sab post hdejn il-bandli u li
huwa centrali. Ghalhekk wara tahdidiet mas-sid il-mahzen, il-Ìimgha,
12 ta’ Novembru 2004 sar il-konvenju. Fit-8 ta’ Marzu beda x-xoghol
fuq dan il-mahzen billi tnaddfet l-art u giet invellata. Fit-12 ta’
Marzu il-membri tal-kumitat bdew jghatu l-art bil-konkos. Il-materjal
gie provdut mis-soltu kumpanija Blockrete. Minn hawn nixtieq nerga
nirringrazzja lid-diretturi ta’ din il-kumpanija. Bis-sahha t’hekk
gew iffrankata mijjiet ta’ liri. Ghalhekk il-mument tant mistenni
wasal fil-25 ta’ April 2005. Meta quddiem in-nutar tal-kazin Dr
Gerald Spiteri Maempel sar il-kuntratt ta’ dan il-mahzen biex issa
nistghu nghidu li barra l-propjetà tal-kazin li issa ilha propjeta
taghna ghall dawn l-ahhar 4 snin, is-socjeta ghandha propjetà ohra
dik ta’ mahzen.
Sehem il-banda
Ta’ kull sena l-banda tiehu sehem fil-festa ta’ l-ewwel tqarbina
tat-tfal, fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ìesù u fil-purcissjoni
tal-Milied organizzata mis-socjetà tal-MUSEUM. Il-banda kienet tiehu
sehem f’hafna festi barra r-rahal u f’Novembru kienet taghti tislima
lill-mejtin li ghexu fir-rahal permezz ta’ marci funebri.
Il-banda hadet sehem ukoll f’okkazzjonijiet ta’ swied il-qalb
fosthom fil-funerali tal-presidenti tas-socjetà, tas-surmastrijiet u
diretturi spiritwali tas-socjetà u ta’ membri tal-Ghaqda tan-Nar San
Mikiel, li tilfu hajjithom b’xi disgrazzja tan-nar.
Il-kazin jorganizza wkoll attivitajiet kulturali u socjali
ghall-membri u l-familji taghhom kif ukoll xi giti.
Fil-festi tal-Milied kien isir il-presepju haj u ghalih kienu jigu
hafna nies. Kull sena ghadu jsir il-party tal-Milied ghat-tfal
tas-socji tal-kazin. Fil-kazin jezistu klassijiet tal-muzika b’xejn
ghal kulhadd.
Minn fost il-hafna standardi li s-socjetà ghandha, insemmu dak tar-religjon
migjub minn Ruma mis-Sinjuri F. Scerri, J. Cutajar u E Cutajar,
imbierek personalment mill-Papa Piju XII, dak ta’ Santa Cecilja
protettura tal-muzika u tal-banda San Pio X, u l-Amerikan moghti
mis-Sur Salv Cutajar ta’ l-Amerika.
Mill-Membri tal-kumitat li damu ghal zmien twil iservu fil-kumitat,
ta’ min isemmi lis-sur Salvu Muscat li dam ghal madwar 40 sena bhala
kaxxier u anke lis-sur Michael Saliba li dam ghal 30 sena shah bhala
segretarju.
Gheluq
Il-benefatturi tal-kazin ma’ naqsu qatt u dak kollu li ghandu l-kazin
illum huwa frott ta’ l-imhabba li l-maggoranza tas-soci juru lejn
il-kazin taghhom. Kif issa tafu l-kazin tal-banda ta’ Hal Lija
ghandu storja kbira. Kazin li ghadda minn taqlib kbir u nistghu
nghidu li l-progetti li saru specjalment f’dawn l-ahhar snin kienu
mirakli meta tara c-cokon tar-rahal taghna. F’dawn il-granet li
qeghdin niccelebraw il-100 sena minn mindu twaqqaf dan il-kazin ma’
nistghux ma’ nirringrazzjawx lil dawk in-nies li servew f’kumitati
precedenti u hadu decizjonijiet biex illum qeghdin ingawdu kazin
bhal dan. Huwa evidenti li dawn l-individwi hadmu u stinkaw biex
izommu lis-socjetà taghna fuq l-aqwa pedestal li jixirqilha, kif
ghadha tgawdi sal-gurnata ta’ llum. Illum wara mitt sena l-iskop li
twaqqaf il-kazin, dak li jkun kazin tal-banda, ghadu hemm u minn
hawn inheggu biex iktar nies ikunu involuti f’dan il-kazin halli dak
li bnew ta’ qabilna ma jispiccax fix-xejn.
Din l-informazzjoni u taghrif ingabret mis-Sur Mark Sciberras u
mis-Sur Michael Saliba li kien segretarju tas-socjetà ghal 30 sena u
bl-ghajnuna tal-ktieb ta’ Robert Mifsud Bonnici, minn dokumenti li
jezistu fil-kazin, mill-ktieb li hareg Dun Anton Ebejer fl-okkazzjoni
tal-75 sena socjetà u mill-kotba tal-minuti tal-laqghat tal-kumitat.
|